YouVersion Logo
Search Icon

LEVITIKU 16

16
Kapitlu 16
Jum l-espjazzjoni
1U l-Mulej kellem lil Mosè wara l-mewt taż-żewġ ulied ta’ Aron, li kienu mietu huma u resqin lejn il-Mulej.#Lev 23,26-32; Num 29,7-11; Lhud 9,6-14. 2U l-Mulej qal lil Mosè: “Għid lil ħuk Aron, li mhux f’kull waqt u żmien jista’ jidħol fis-santwarju ’l ġewwa mill-velu#16,2: Mhux f’kull waqt u żmien jista’ jidħol fis-santwarju ’l ġewwa mill-velu: jiġifieri Aron, il-qassis il-kbir (u s-suċċessuri tiegħu), ma setax jidħol fis-santwarju ’l ġewwa mill-velu, jiġifieri fil-post il-qaddis, fejn kien hemm l-arka, it-tron ta’ Alla preżenti inviżibilment, ħlief darba fis-sena f’jum il-maħfra jew l-espjazzjoni, jum il-purifikazzjoni tal-poplu, fil-bidu tal-ħarifa skont ir-rit preskritt. quddiem l-għatu tal-arka, inkella jmut; għax jien nidher fi sħaba fuq l-għatu.#Eż 19,12; 25,17; Lev 10,1-2; Lhud 6,19; 9,25. 3U meta Aron jidħol fis-santwarju jagħmel hekk: joffri għoġol b’purifikazzjoni u muntun f’sagrifiċċju tal-ħruq; 4jilbes tonka mqaddsa tal-għażel, u qalziet minn taħt fuq il-laħam, terħa tal-għażel ma’ ġenbejh, u turbant tal-għażel fuq rasu; ilbies imqaddes li jilbsu wara li jkun inħasel fl-ilma. 5U jieħu mingħand il-ġemgħa ta’ wlied Iżrael żewġ bdabad għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, u muntun għas-sagrifiċċju tal-ħruq.#Num 29,11.
6“U Aron iressaq l-għoġol tiegħu għall-purifikazzjoni, u jagħmel l-espjazzjoni għalih stess u għal daru. 7Imbagħad jieħu ż-żewġ bdabad u jġibhom quddiem il-Mulej fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa, 8u jitfa’ x-xorti fuq iż-żewġ bdabad, waħda għall-Mulej u l-oħra għal Għażażel#16,8: Għażażel: spirtu ħażin li jingħad li kien jgħammar fid-deżert. Id-dnub tal-poplu hu simbolikament mgħoddi fuq il-bodbod u dan iġorru għand Għażażel. Eżempju ieħor ta’ maġija imitattiva: ara Eż 14,7.. 9U Aron imbagħad joffri l-bodbod li fuqu titla’ x-xorti għall-Mulej, u joffrih b’sagrifiċċju ta’ purifikazzjoni. 10U l-bodbod għas-sagrifiċċju tal-ħruq, li tkun telgħetlu x-xorti għal Għażażel, iżżommuh ħaj u jġibuh quddiem il-Mulej, biex jagħmlu l-espjazzjoni fuqu, u mbagħad jitilqu għal għand Għażażel fid-deżert.#Lev 16,22.
11“U mbagħad Aron joffri l-għoġol tiegħu għall-purifikazzjoni u jagħmel l-espjazzjoni għalih u għal daru; u joqtol l-għoġol għall-purifikazzjoni tiegħu stess 12u mbagħad jieħu minn fuq l-artal iċ-ċensier mimli bil-ġamar jaqbad minn quddiem il-Mulej, u żewġ qabdiet ta’ id inċens ifuħ, imfarrak trab, u jidħol bih ’l hemm mill-velu.#Lhud 6,19; 9,7. 13U jixħet l-inċens ifuħ fin-nar quddiem il-Mulej biex sħaba tgħatti l-għatu ta’ fuq l-arka tax-xhieda miktuba, biex ma jmutx#16,13: Biex ma jmutx: is-sħaba tgħatti l-maestà tal-preżenza ta’ Alla, għax ħadd ma jista’ jara lil Alla wiċċ imb wiċċ bla ma jmut: ara Eż 33,20; Is 6,5..#Eż 25,17; 33,20. 14U mbagħad jieħu mid-demm tal-għoġol, u jroxx b’sebgħu fuq l-għatu minn quddiem, u jroxx id-demm b’sebgħu seba’ darbiet quddiem l-għatu.#Lhud 9,13.
15“Imbagħad joqtol il-bodbod tal-purifikazzjoni għall-poplu, u jidħol b’demmu ’l ġewwa mill-velu, u jagħmel b’demmu kif għamel bid-demm tal-għoġol, u jroxxu fuq l-għatu u quddiem l-għatu.#Lhud 5,1; 6,19. 16U hekk inaddaf is-santwarju mit-tinġis ta’ wlied Iżrael u mill-ħtijiet ta’ kull dnub tagħhom; u jagħmel l-istess lit-tinda tal-laqgħa, li tinsab f’nofshom, f’nofs it-tingiż tagħhom.#Eżek 45,18-20; Rum 3,25. 17Ħadd ma għandu jkun fit-tinda tal-laqgħa minn xħin jidħol il-qassis biex jagħmel l-espjazzjoni sakemm joħroġ; u jagħmel l-espjazzjoni għalih stess, għal daru, u għall-ġemgħa kollha ta’ Iżrael.#Is 6,5. 18U joħroġ għal ħdejn l-artal li hemm quddiem il-Mulej, u jagħmel l-espjazzjoni għalih, u jieħu minn demm l-għoġol u minn demm il-bodbod, u jqiegħed minnu fuq il-qrun tal-artal dawramejt.
19“U jroxx fuqu b’sebgħu mid-demm għal seba’ darbiet, u jqaddsu u jnaddfu mit-tinġis ta’ wlied Iżrael.
20“Malli jtemm l-espjazzjoni għas-santwarju, it-tinda tal-laqgħa u l-artal, iressaq il-bodbod ħaj. 21U jqiegħed Aron idejh it-tnejn fuq ras il-bodbod ħaj, u jistqarr fuqu l-ħażen kollu ta’ wlied Iżrael, id-dnubiet kollha tagħhom, u l-ħtijiet kollha tagħhom, u jgħaddihom għal fuq ras il-bodbod, u jitilqu għad-deżert permezz ta’ raġel magħżul apposta.#Is 53,6; Lq 11,24; 2 Kor 5,21. 22U l-bodbod iġorr fuqu l-ħażen kollu f’art imwarrba u r-raġel jitlaq il-bodbod fid-deżert.#Is 53,11; Ġw 1,29; 1 Pt 2,24.
23“Aron imbagħad jidħol fit-tinda tal-laqgħa u jneħħi minn fuqu l-ilbies tal-għażel li kien liebes meta daħal fis-santwarju u jħallihom hemm. 24Jinħasel bl-ilma fil-post imqaddes u jilbes ħwejġu, imbagħad joħroġ u joffri s-sagrifiċċju tal-ħruq tiegħu, u s-sagrifiċċju tal-ħruq tal-poplu, u jagħmel l-espjazzjoni għalih stess u għall-poplu. 25U x-xaħam tal-vittma tal-purifikazzjoni jaħarqu fuq l-artal. 26U dak li jkun telaq il-bodbod għal għand Għażażel jaħsel ħwejġu, u jinħasel bl-ilma, u mbagħad jidħol fil-kamp. 27L-għoġol tal-purifikazzjoni u l-bodbod tal-purifikazzjoni, li demmhom kien meħud għall-espjazzjoni fis-santwarju, jeħduhom ’il barra mill-kamp u hemm jaħarqu bin-nar il-ġlud, il-laħam u l-ħmieġ tagħhom;#Lhud 13,11. 28u min jaħraqhom jaħsel ħwejġu, u jinħasel kollu bl-ilma, u mbagħad jidħol fil-kamp.
29“Din tkun liġi għalikom għal dejjem: fis-seba’ xahar, fl-għaxra tax-xahar, tgħakksu ruħkom#16,29: Tgħakksu ruħkom: issumu. Is-sawma waħdanija fis-sena li għaliha kienu obbligati l-Lhud. u ma tagħmlu ebda xogħol, la n-nies tal-pajjiż u lanqas il-barranin li jkunu jgħammru f’nofskom.#Lev 23,27-32; Num 29,7. 30Għax f’dan il-jum issir l-espjazzjoni biex titnaddfu minn kull ħtija quddiem il-Mulej.
31“Ikun mistrieħ kbir għalikom u tgħakksu ruħkom: liġi għal dejjem.
32“L-espjazzjoni jagħmilha l-qassis, li jkun midluk u kkonsagrat biex iservi ta’ qassis wara missieru; jilbes l-ilbies tal-għażel, l-ilbies ikkonsagrat, 33u jagħmel l-espjazzjoni għas-santwarju, u t-tinda tal-laqgħa, u l-artal, u jagħmilha wkoll għall-qassisin u għall-poplu tal-ġemgħa.
34“Din tkun liġi għal dejjem għalikom, biex issir l-espjazzjoni għal ulied Iżrael u jitnaddfu minn dnubiethom darba fis-sena.”#Lhud 9,7.
U Mosè għamel skont ma kien ordnalu l-Mulej.

Currently Selected:

LEVITIKU 16: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy