YouVersion Logo
Search Icon

LEVITIKU 12

12
Kapitlu 12
L-inġiesa tal-ħlas
1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:#Lq 2,22-38. 2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: ‘Meta mara titqal u tiled tifel tibqa’ mniġġsa għal sebat ijiem#12,2: Tibqa’ mniġġsa għal sebat ijiem: jiġifieri ma tkunx tista’ tieħu sehem fil-kult. Din l-għażla bejn imniġġes u safi jew nadif insibu f’diversi każi, sew fost il-Lhud sew fost popli oħra, primittivi jew avvanzati. Din l-inġiesa, bħall-qdusija (ara Lev 6,11), kienet tittieħed minn persuna jew oġġett għal ieħor jekk kienu jmissu ma’ xulxin (ara Lev 15,4-19). Kull inxija mill-ġisem kienet tniġġes lill-persuna li tkun. Fil-każ tal-inxija sesswali, normali jew mhix, leċta jew illeċta, kienet tniġġes lill-persuna, raġel jew mara, li tkun. Jista’ jkun li din l-idea ġejja mill-fatt li, għall-bniedem primittiv, il-qawwa u l-forza sesswali ġejja mill-preżenza fl-individwu ta’ spirti li jkunu ħaduh taħt il-ħakma tagħhom, u sakemm ikun f’din il-ħakma ma jistax jersaq lejn Alla. Il-mara fix-xahar tagħha, fl-att sesswali (u hawn ir-raġel ukoll), u fit-twelid tat-tarbija tagħha, tkun f’dan l-istat, u ma kinitx tista’ tieħu sehem fil-kult qabel ma tkun għaddiet minn ċerimonja ritwali apposta ta’ purifikazzjoni., bħal meta tkun imniġġsa fi żmienha.#Lev 15,19. 3U fit-tmien jum tinħaten it-tarbija;#Ġen 17,10-14; Lq 1,59; Ġw 7,22. 4u l-omm iddum tlieta u tletin jum oħra biex tissaffa minn demmha; ma tmiss xejn li hu mqaddes, u ma tidħolx fis-santwarju, sakemm ma jgħaddix żmien it-tisfija tagħha. 5U jekk tiled tifla, iddum imniġġsa għal ġimagħtejn, bħal meta tkun fi żmienha, u sitta u sittin jum ieħor biex tissaffa minn demmha. 6U meta jgħaddi żmien it-tisfija tagħha, għal tifel jew għal tifla, iġġib ħaruf ta’ dik is-sena għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u beċċun ta’ ħamiema jew gamiema għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u tagħtihom lill-qassis quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa. 7U joffrihom quddiem il-Mulej, u jagħmel l-espjazzjoni għaliha u tissaffa mit-tnixxija ta’ demmha.
“Din hi l-liġi għall-mara li tiled tifel jew tifla. 8U jekk hi ma tlaħħaqx biex tagħti ħaruf, tieħu żewġ gamimiet jew żewġt ibċieċen tal-ħamiem, wieħed għall-ħruq u l-ieħor għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, u hekk il-qassis jagħmel l-espjazzjoni għaliha u tissaffa.”#Lev 1,14; 5,7.

Currently Selected:

LEVITIKU 12: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy