YouVersion Logo
Search Icon

LEVITIKU 10

10
Kapitlu 10
Nadab u Abiħu kkastigati
1Ulied Aron, Nadab u Abiħu, ħadu ċensier kull wieħed, kebbsu n-nar u xeħtu fih l-inċens, u offrewh quddiem il-Mulej, nar profan li l-Mulej ma kienx ordnalhom.#Num 16,1—17,5. #Lev 16,1; Num 3,4; 26,61; 1 Kron 24,2. 2U minnufih ħareġ nar minn quddiem il-Mulej, u kkunsmahom, u mietu quddiem il-Mulej.#Num 16,35; 2 Slat 1,10-11.
3U Mosè qal lil Aron: “Dan hu kliem il-Mulej meta tkellem u qal: Jien nuri qdusiti f’min joqrob lejja; u rrid nitweġġaħ quddiem il-poplu kollu.” U Aron baqa’ mbikkem.#Lev 21,17.21.
4Mosè sejjaħ lil Misael u lil Elsafan, ulied Għużżijel, iz-ziju ta’ Aron, u qalilhom: “Ersqu ’l hawn u ħudu lill-kuġini tagħkom minn quddiem il-post qaddis ’il barra mill-kamp.” 5U resqu u ħaduhom bit-tonok b’kollox ’il barra mill-kamp kif qalilhom Mosè. 6Imbagħad Mosè qal lil Aron u lil Elgħażar u lil Itamar, uliedu: “La tħabblux xagħar raskom#10,6: La tħabblux xagħar raskom …: dawn kienu s-sinjali tal-vistu komuni fost il-Kangħanin., la ċċarrtux ħwejjiġkom, li ma tmutux u tiġbdu l-korla fuq il-ġemgħa kollha. Imma nieskom u l-poplu kollu ta’ Iżrael jistgħu jagħmlu l-vistu għall-qerda bin-nar li għamel il-Mulej.#Lev 21,16. 7La twarrbux minn ħdejn it-tinda tal-laqgħa, li ma tmutux; għax intom għandkom fuqkom iż-żejt tal-konsagrazzjoni tal-Mulej.” U għamlu kif qalilhom Mosè.
Id-dmirijiet tal-qassisin
8U l-Mulej kellem lil Aron u qallu: 9“Inbid u xorb li jsakkar la tixrobx, int u wliedek miegħek, meta tidħlu fit-tinda tal-laqgħa, li ma tmutux. Din hi liġi għall-ġenerazzjonijiet kollha,#Eżek 44,21. 10biex b’hekk tagħżlu bejn is-sagru u l-profan, u bejn l-imniġġes u s-safi;#Lev 11,47; 20,25; Eżek 22,26; 44,23. 11u biex tgħallmu lil ulied Iżrael il-liġijiet kollha li tahom il-Mulej permezz ta’ Mosè.”#Sir 45,17.
12U Mosè kellem lil Aron, u lil uliedu li kienu baqgħu, Elgħażar u Itamar: “Ħudu l-offerta tal-qmuħ li baqa’ mis-sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej u kuluha bla ħmira ħdejn l-artal, għax ħaġa mill-aktar qaddisa hi.#Lev 6,9-16. 13Kuluha f’post imqaddes, għax bi dritt tmiss lilek, u lil uliedek, minn kull offerta maħruqa lill-Mulej, għax jien hekk kont ikkmandat. 14Għandkom tieklu wkoll f’post qaddis is-sidra mxejra u s-sieq merfugħa b’offerta, int u wliedek subien u bniet, għax imissu lilek u lil uliedek bi dritt fuq kull sagrifiċċju tas-sliem ta’ wlied Iżrael.#Lev 7,34. 15Is-sieq merfugħa u s-sidra mxejra b’offerta u x-xaħam għall-ħruq, iġibuhom biex ixejruhom quddiem il-Mulej, u mbagħad jibqgħu għalik u għal uliedek bi dritt għal dejjem skont ma ordna l-Mulej.”
16U Mosè fittex sewwa, u sab li l-bodbod tal-purifikazzjoni kien maħruq. Inkorla għal Elgħażar u għal Itamar, ulied Aron li kienu baqgħu, u qalilhom:#Lev 9,15. 17“Għaliex ma kiltux il-vittma tal-purifikazzjoni fil-post imqaddes? Din hi ħaġa mill-aktar qaddisa, mogħtija lilkom biex titgħabba bil-ħtijiet tal-ġemgħa b’espjazzjoni għalihom quddiem il-Mulej.#Lev 6,18-19. 18Ara, demmha ma nġibuhx ’il ġewwa nett fis-santwarju; kellkom tikluha fil-post qaddis, bħalma ordnajtilkom jien.” 19Aron imbagħad qal lil Mosè: “Ara, illum offrew is-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-ħruq quddiem il-Mulej, u ġrali dan kollu; wara dan li ġrali, kieku llum kilt mill-vittma tal-purifikazzjoni, jaqaw kien dan sa jogħġob lill-Mulej?”
20U meta Mosè sama’ dan kollu, deherlu li kien kollox sewwa.

Currently Selected:

LEVITIKU 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy