YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 10

10
Kapitlu 10
Il-parabbola tan-nagħaġ
1“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx#10,1: Min ma jidħolx: billejl ir-rgħajja kienu jiġbru l-imrieħel f’għalqa mdawra b’ħajt tas-sejjieħ, u wieħed minnhom kien jibqa’ għassa magħhom mimdud jew bilqiegħda fil-bieb. Filgħodu jiġu joħorġuhom biex jirgħu; kull wieħed isejħilhom b’għajta għalih. In-nagħaġ kienu jagħrfu leħen ir-ragħaj u jmorru warajh. fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. 2Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. 3Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. 4U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.#Ġw 10,27. 5Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx.” 6Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha.#Ġw 16,27.
Ġesù r-ragħaj it-tajjeb
7Għalhekk Ġesù raġa’ qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien. 8Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti. Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx.#Ġer 23,1-2; Eżek 34,2-3. 9Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.#S 118,20; Ġw 14,6. 10Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra. 11Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.#S 23,1; Is 40,11; Eżek 34,15; Ġw 15,13; Lhud 13,20; 1 Ġw 3,16; Apk 7,17. 12Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom.#Atti 20,29. 13Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. 14Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili,#Ġw 10,27; 2 Tim 2,19. 15bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti.#Mt 11,27; Ġw 15,13; 1 Ġw 3,16. 16Għandi wkoll nagħaġ oħra, li mhumiex minn dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor, u huma jisimgħu leħni, u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed.#Is 56,8; Eżek 34,23; 37,24; Ġw 11,52; 1 Pt 2,25. 17Għalhekk iħobbni l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha.#Fil 2,8-9. 18Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa’ neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri.”#Ġw 14,31; 15,10.
19Il-Lhud reġgħu ma qablux bejniethom dwar dan il-kliem.#Ġw 7,43; 9,16. 20Bosta minnhom qalu: “Dan għandu fih xitan u qiegħed jhewden; għalfejn toqogħdu tisimgħuh?”#Mk 3,21-22; Ġw 7,20; 8,48. 21Imma oħrajn qalu: “Dan mhuwiex kliem ta’ wieħed li għandu xitan fih. Mela xitan jista’ jiftaħ għajnejn l-għomja?”
Il-Lhud ma jemmnux f’Ġesù
22Imbagħad f’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju#10,22: Il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju: kienet issir fl-aħħar ta’ Diċembru biex tfakkar il-purifikazzjoni tat-tempju wara r-rebħa ta’ Ġuda l-Makkabi fuq Antijoku IV, sultan tas-Sirja; ara 1 Mak 4,36-59; 2 Mak 1,9. 18; 10,1-8..#1 Mak 4,59. 23Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun.#Atti 3,11; 5,12. 24Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.”#Lq 22,67. 25Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija.#Ġw 5,36; 10,38. 26Iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi.#Ġw 6,64; 8,45. 27In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.#Ġw 10,3. 28U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.#Ġw 3,16; 6,39; 17,2-12; 18,9. 29Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd#10,29: Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd: test ieħor jgħid: Dak li tani Missieri hu akbar minn kollox., u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. 30Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.”#Ġw 17,21.
31Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh.#Ġw 8,59. 32Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” 33Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.”#Lev 24,16; Mt 26,65; Mk 14,64; Ġw 5,18. 34Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’?#S 82,6. 35Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta’ Alla - u l-Iskrittura ma tistax titħassar -#Mt 5,18; Lq 16,17. 36mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli, ‘Qiegħed tidgħi,’ għax għedtilkom li jien Bin Alla?#Ġw 5,17-20. 37Jekk jien m’iniex nagħmel l-għemejjel ta’ Missieri, temmnunix; 38imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier.”#Ġw 14,10-11; 17,21. 39Għal darb’oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom.#Lq 4,30; Ġw 7,30; 8,20.
40U raġa’ mar in-naħa l-oħra#10,40: In-naħa l-oħra: ara nota 3,23. tal-Ġordan, fejn qabel kien hemm Ġwanni jgħammed, u baqa’ hemm.#Ġw 1,28. 41Kienu ħafna dawk li marru ħdejh, u qalu: “Ġwanni ma għamel ebda sinjal, imma kollu minnu kulma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem.”#Ġw 1,29-34; 3,27. 42U hemmhekk ħafna emmnu fih.#Ġw 2,23; 7,31; 8,30; 11,45; 12,42.

Currently Selected:

ĠWANNI 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy