YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 7

7
Kapitlu 7
Tiġġudikawx
(Lq 6,37-38.41-42)
1“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati#7,1: Biex ma tkunux iġġudikati: biex Alla ma jiġġudikakomx. Fejn stajna, din il-kostruzzjoni passiva, użata ħafna fi żmien Ġesù biex ma jsemmux lil Alla bla bżonn, qlibnieha f’kostruzzjoni attiva, b’Alla bħala suġġett.;#Rum 2,1. 2għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.#Mk 4,24. 3Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? 4Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? 5Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t-tibna minn għajn ħuk! 6Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.
Fittxu, ħabbtu, itolbu
(Lq 11,9-13)
7“Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.#Mk 11,24; Ġw 14,13-14; 15,7; 16,23-24; Ġak 1,5; 1 Ġw 3,22; 5,14-15. 8Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. 9Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? 10Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? 11Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?#Ġak 1,17. 12Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.#Mt 22,40; Rum 13,8-10.
Il-bieb id-dejjaq
(Lq 13,24)
13“Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha. 14Imma kemm huwa dejjaq il-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha!#Atti 14,22.
Is-siġra tingħaraf mill-frott
(Lq 6,43-44)
15“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa!#Eżek 22,27; Mt 10,16; 24,11.24; Atti 20,29; 2 Pt 2,1; 1 Ġw 4,1. 16Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?#Mt 12,33.35. #Sir 27,6; Ġak 3,12. 17Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. 18Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb. 19Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.#Mt 3,10; Lq 3,9; Ġw 15,6. 20Għalhekk mill-frott tagħhom tagħrfuhom.#Mt 7,16; 12,33.
Lilkom qatt ma kont nafkom
(Lq 6,46; 13,25-27)
21“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet!#Lq 6,46; Rum 2,13; Ġak 1,22.25; 1 Ġw 2,17. 22F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’#Ġer 14,14; 27,15. 23Imbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’#S 6; Mt 10,33; 25,41.
Sisien tajba u sisien ħżiena
(Lq 6,47-49)
24“Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.#Ġak 1,23. 25Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. 26Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. 27Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!”#Eżek 13,10-12.
Is-setgħa ta’ Ġesù
(Mk 1,22; Lq 7,1; 4,32)
28Ġara li, meta Ġesù temm dan id-diskors, in-nies baqgħu mistagħġba bit-tagħlim tiegħu,#Mk 1,22; Lq 4,32. 29għax hu kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba tagħhom.

Currently Selected:

MATTEW 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy