YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 14

14
Kapitlu 14
Il-martirju ta’ Ġwanni l-Battista
(Mk 6,14-29; Lq 9,7-9)
1Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, 2u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” 3Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu.#Mt 11,2; Lq 3,19-20; Ġw 3,24. #Lev 18,16; 20,21. 4Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” 5Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.#Mt 21,26; Lq 1,76; 7,26. 6Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarġet fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi; 7għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu. 8U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu: “Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt.” 9Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. 10U bagħat jaqta’ ras Ġwanni fil-ħabs. 11U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha. 12Imbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.
Ġesù jitma’ ħamest elef ruħ
(Mk 6,30-44; Lq 9,10-17; Ġw 6,1-13)
13Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. 14Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom. 15Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.” 16Imma Ġesù qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.” 17U huma qalulu: “Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.”#Mt 15,34; Mk 8,5. 18“Ġibuhomli hawn,” qalilhom. 19Imbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix; ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies.#Mt 15,35-39; Mk 8,6-10. 20U kulħadd kiel u xaba’, u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihom tnax-il qoffa.#2 Slat 4,43-44. 21U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal.
Ġesù jimxi fuq l-ilma
(Mk 6,45-52; Ġw 6,16-21)
22U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. 23Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu;#Lq 6,12; 9,28. 24id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. 25Fir-raba’ sahra#14,25: Fir-raba’ sahra: jiġifieri bejn it-tlieta u s-sitta ta’ filgħodu. tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. 26Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru. “Dan xi fantażma!” qalu; u qabdu jgħajtu bil-biża’.#Lq 24,37. 27Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” 28Wieġeb Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.” 29“Ejja,” qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù. 30Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani, Mulej!” 31Malajr Ġesù medd idu u qabdu: “Bniedem ta’ fidi żgħira,” qallu, “għaliex iddubitajt?”#Mt 8,26. 32Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf.#Mk 4,39. 33Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”#Mt 16,16; 26,63; 27,54; Mk 14,61; 15,39; Lq 22,70; Ġw 1,49.
Ġesù jfejjaq il-morda f’Ġennesaret
(Mk 6,53-56)
34Qasmu għan-naħa l-oħra u marru fl-art ta’ Ġennesaret#14,34: Ġennesaret: il-ġnien tal-prinċpijiet, il-wita għammiela fuq il-Majjistral tal-għadira tal-Galilija.. 35In-nies ta’ hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma’ dawk l-inħawi kollha. Bdew iressqulu quddiemu l-morda kollha 36u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa; u dawk kollha li messewh fiequ.#Mt 9,20-21; Mk 5,27-28; Lq 8,44.

Currently Selected:

MATTEW 14: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy